🎥 2013 – Ningħaqdu favur l-ambjent

2013 - United in favour of the Environment

Fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Ewropeja għat-tnaqqis tal-iskart, li saret bejn is-16 u l-24 ta’ Novembru 2013, is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba organizzat attivita’ bit-tema “United in favour of the Environment”, nhar is-Sibt 17 ta’ Novembru 2013.

L-attivita’ kellha l-għan li tippromwovi l-implimentazzjoni t’għarfien dwar rożorsi sostenibbli ta’ mmaniġjar tal-iskart u ġiet imtellgħa fil-Pjazza tal-Imqabba. Is-Soċjeta’ inkoraġġiet il-pubbliku ġenerali sabiex iġib tappijiet tal-plastik u jpoġġuhom f’reċipjent kbir armat apposta għall-okkażjoni. Kien hemm ukoll stands u boards li jippromwovu inizzjattivi simili.