🎥 Djar Armati ghal Festa fi 1995

Decorated homes for the Feast in 1995

Dan il-filmat tal-lum idur dawra mar-raħal tal-Imqabba fil-jiem qrib il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 1995, fejn ġie ċċelebrat bil-kbir l-ewwel ċinkwantinarju mit-twaqqif tal-ewwel Banda Imqabbija.

Naraw b’mod estensiv il-mod kif il-Partitarji Tal-Ġilju jżejjnu djarhom għall-Festa, partikolarment b’ arbli u bnadar ta’ kull tip, festuni, liedna u kif ukoll vari minjatura tal-Madonna tal-Ġilju fit-twieqi u xbiehat oħra mal-gallariji.

Dawn ċertament jgħinu biex tkompli tikber l-atmosfera ta’ Festa u turi d-devozzjoni ħajja li aħna l-Imqabbin għandna lejn il-Madonna tal-Ġilju.