🎥 Il-Marċ tal-Ġimgħa Festa 1995

Friday March Festa 1995

Dan il-filmat joħodna lura lejn il-Festa tal-1995 li matulha ġie ċċelebrat bil-kbir il-50 anniversarju mit-twaqqif tal-ewwel Banda Imqabbija. Il-Marċ tal-Ġimgħa minn dejjem kien il-qofol tal-briju tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju u hawnhekk qegħdin naraw dan il-marċ bis-sehem sħiħ tal-Banda Madonna tal-Ġilju u kif ukoll il-partitarji numerużi.

Kif inhi t-tradizzjoni, il-qofol jintlaħaq bit-tlugħ tal-Vara tal-Madonna tal-Ġilju fiċ-ċentru tal-Pjazza waqt kant devozzjonali.