🎥 Ir-restawr u l-illuminazzjoni tal-faċċata tas-Sede tas-Soċjeta 2008

TalGilju Club Facade

Fil-bidu tas-sena 2007, il-Kumitat Amministrattiv tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju mbarka fuq proġett fuq skala kbira. Din kienet ir-restawr u l-illuminazzjoni tal-faċċata tas-Sede tas-Soċjeta’ li tinsab fl-aktar parti prominenti tal-Pjazza tal-Imqabba.

Din l-opra monumentali ġiet finalizzata fl-2008 u l-kxif tagħha sar nhar il-Ħadd 1 ta’ Ġunju 2008 waqt Serata Mużiko Letterarja bis-sehem tal-Banda Madonna tal-Ġilju.