🎥 It-Tieni Banda Awstrijaka gewwa l-Mqabba Festa 1998

2nd Foreign Musical Formation in Mqabba 1998

Wara l-ewwel żjara ta’ Banda barranija waqt Festa Mqabbija fl-1997, sena wara, propju fl-1998, il-Banda Awstrijaka, din id-darba minn Schildorn, kienet il-mistiedna speċjali fil-Festa tal-Madonna tal-Ġilju. L-Awstrija huwa meqjusa bħala l-art tal-mużika.

Il-mużiċisti ta’ din il-banda, bl-ilbies tradizzjonali tagħhom, daqqew marċi tipiċi tat-Tirol u kif ukoll eżegwew programm mużikali fuq il-Planċier Meravilja.