Żgħażagħ tal-Ġilju Music Video 2008

🎥 Video tad-diska bl-isem “Żgħażagħ tal-Ġilju”

Dan il-filmat juri l-video tad-diska bl-isem “Żgħażagħ tal-Ġilju” li s-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju nediet fl-2008 fl-okkażjoni tal 15-il anniversarju mit-twaqqif tal-ewwel Sezzjoni Żgħażagħ Imqabbija.

Fuq lirika ta’ Johan Debattista, din il-kanzunetta hija kantata minn Luidwig Galea u Debbie Scerri u ġiet varata waqt attivita’ taħt it-tinda fil-jiem ta’ qabel il-Festa 2008. Il-video ittieħed fil-Cortile Farmhouse.