Is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba qegħda tħabbar il-programm Pirotekniku għall-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2020 preparat mill-Għaqda tan-Nar fi ħdanha. Għalkemm f’ ċirkostanzi mhux tas-soltu, nħeġġu kemm lis-Soċji u l-Partitarji u kif ukoll lid-dilettanti tan-nar sabiex jingħaqdu magħna fil-Bypass tal-Imqabba nhar il-Ħadd 21 ta’ Ġunju fil-ħinijiet imniżżla hawn taħt. Dan il-programm ser ikun qiegħed jixxandar fuq Facebook Live sabiex ikun aċċessibli għal kulħadd.