🎥 2009 – L-Imqabba mal-Medda taż-Żmien

L-Imqabba mal-Medda taz-Zmien 2009

Dan il-filmat jagħti ħarsa lejn l-attivita’ nnovattiva “L-Imqabba mal-Medda taż-Żmien” li ġiet organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Imqabba lura lejn is-sena 2009. Din kienet tinkludi villaġġ tipiku Malti li juri l-ħajja Mqabbija tal-imgħoddi fis-sempliċita’ tagħha u saret b’kollaborazzjoni mal-Għaqdiet taż-Żgħażagħ fi ħdan iż-żewġ Soċjetajiet Mużikali Imqabbin.