🎥 Jum is-Sezzjoni Żgħażagħ – Festa 1995

Dan il-filmat juri ċ-ċerimonja li kienet saret fil-bidu tal-marċ tat-Tnejn tal-Festa tal-1995 fejn ġie mfakkar il-50 sena mit-twaqqif tal-ewwel Banda Mqabbija. Dan kien il-jum iddedikat għaż-żgħażagħ u ma setax jonqos li l-Kumitat Sezzjoni Żgħażagħ ta’ dak iż-żmien, jagħti rigal lis-Soċjeta’ fl-okkażjoni ta’ dan l-anniversarju prestiġjuż.

Fil-fatt, il-Kumitat sponsorja bandiera artistika ġdida bl-emblema tal-Banda li tellgħet fuq l-arblu principali tal-każin b’mod simboliku minn ġewwa l-Pjazza. Din il-bandiera għadha sal-lum il-ġurnata magħrufa bħala “Taż-Żgħażagħ” u tittella’ f’okkażjonijiet speċjali matul is-sena u kif ukoll fil-ġimgħa tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju.