🎥 Spettaklu pirotekniku ta’ lejlet il-Festa 2001

First edition of the pyromusical display - Feast 2001

Dan il-filmat juri l-ispettaklu pirotekniku ta’ lejlet il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2001. Dan kien jikkonsisti minn logħob tan-nar sinkronizzat ma diversi siltiet mużikali, segwit minn settijiet ta’ murtali tradizzjonali Maltin tal-beraq u tal-kulur.

L-ispettaklu kkonkluda b’kaxxa spettakolari tal-kulur. Il-Festa ta’ dik is-sena fakkret il-125 sena mill-miġja tal-Vara Artistika u Devota tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba.