2020-07-03 – Ftira Night

2020-07-03 Ftira Night

Il-Kummissjoni Nisa fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser torganizza attivita’ soċjali għall-kulħadd nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju 2020 fis-7:00pm, fuq il-bejt tal-Każin tas-Soċjeta’ li jinsab fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba. Waqt din l-attivita’ ser jiġi servut varjeta’ t’ikel Malti fosthom ftira u ser ikun hemm ukoll il-logħob tat-tombla.

Il-post huwa mgħammar bil-faċilita’ tal-lift għall-użu ta’ dawk kollha li jattendu u ser jiġu osservati l-proċeduri moħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Bookings isiru fuq 99573871 u aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċċjali tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.