2020-07-26 – Seduta Ġenerali Straordinarja

Extraordinary General Meeting by the Our Lady of the Lily Musical Society of Mqabba

Il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser jorganizza Seduta Ġenerali Straordinarja nhar il-Ħadd 26 ta’ Lulju 2020 fil-Każin tas-Soċjeta’ li jinsab fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba, mill-10:00am il-quddiem.

Is-Seduta ser tkun ttitratta ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju li din is-sena ser isiru nhar il-Ħadd 30 t’Awwissu,  kif ukoll il-proġetti varji li s-Soċjeta’ qegħda tagħmel fil-preżent, fosthom ir-rikostruzzjoni tal-Każin. Is-Soċji, Partitarji u Ammiraturi tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju huma mħeġġa jattendu bi ħġarhom għal din il-laqgħa hekk importanti u jagħtu l-veduti tagħhom dwar dak kollu diskuss.