Barbecue in the main square of Imqabba in front of the Society's premises

Il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser jorganizza Barbecue fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba quddiem is-sede tas-Soċjeta’, nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Lulju 2020. Waqt din l-attivita’, ser jiġi servut varjeta’ ta’ appetizers tipiċi Maltin bil-platt prinċipali jkun għażla bejn majjal jew tiġieġ imsajjar barbecue u kif ukoll deżerta. Prezz huwa ta’ €15 il-kbar u €7 it-tfal. Bookings isiru fuq 79853044 u aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċċjali tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com. Kulħadd huwa mistieden jattendi f’atmosfera ferriħija.