2020-07-26 – Summer Edition Gathering Fil-Każin

20200726 - Summer Edition Gathering at the Lily Band Club – Mqabba

Bħala tħejjija għall-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2020, li ser tiġi ċċelebrata nhar il-Ħadd 30 t’Awwissu, il-Bartenders tal-Każin tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser jorganizza gathering nhar il-Ħadd 26 ta’ Lulju 2020 fis-1:00pm fil-Każin tal-istess Soċjeta’ li jinsab fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba.

Din l-attivita’ ser tkun bis-sehem ta’ DJ Conrad. Ix-xorb jinbiegħ għall-prezz raġonevoli u jiġu servuti varjeta’ t’appetizers ġenwini. Dħul mingħajr ħlas. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.