2020-09-21 – Tieni Edizzjoni tal-Mqabba 5K – ALS Malta

The Mqabba 5K Run and Walkathon in Aid of ALS Malta

Wara s-suċċess li kellna s-sena l-oħra, bi pjaċir qed inħabbru t-tieni edizzjoni ta’ The Mqabba 5K Run & Walkathon b’risq ALS Malta!

Data: Nhar it-Tnejn ‪21 ta’ Settembru 2020 (Festa Pubblika). Post ta’ Tluq: Misraħ il-Fidwa, L-Imqabba. Il-ġirjiet u l-mixjiet kollha se jkunu mkejla elettronikament!

  • Bidu tal- 5K Run: 8:00AM
  • Bidu tal-5K Walk: 8.05AM
  • Bidu tat-2.5K Run għat-Tfal: 9:00AM (sa 15-il sena)

Reġistrazzjoni Onlajn: https://shop.alsmalta.org/products/mqabba-5k-run

Tista’ tirreġistra wkoll billi tibgħat id-dettalji tiegħek (isem u kunjom, ġeneru, DOB, isem tal-klabb jekk applikabbli, numru ta’ kuntatt f’każ ta’ emerġenza u t-tip ta’ attività) fuq 79685761 u billi tħallas permezz ta’ Revolut fuq l-istess numru.

It-trofej ser jitqassmu lir-rebbieħa skont dawn il-kategoriji:

  • 5K Run: Irġiel u Nisa: l-1el, it-2ni u t-3et.
  • 5K Run: l-1el post skont l-età, Irġiel u Nisa: U25 / O25 / O35 / O40 / O50 / O60
  • 2.5K Run (Tfal): l-1el, it-2ni u t-3et.

Kull parteċipant ser jingħata l-ilma u medalja kommemorattiva tal-parteċipazzjoni. Barra minn hekk, kull parteċipant ser jingħata goodie bag li jikkonsisti f’diversi vawċers. Hekk kif tispiċċa l-ġirja jew il-mixja, ser jitqassam frott frisk lill-parteċipanti.

* Il-numru ta’ parteċipanti huwa wieħed limitat, għaldaqstant wieħed jista’ jissieħeb fuq il-bażi ta’ min japplika l-ewwel, jinqeda l-ewwel, hekk kif tintbagħat id-donazzjoni


The Mqabba 5K Run & Walkathon in aid of ALS Malta. Aftermovie 🎥🏃🏃‍♀️

The Mqabba 5K Run & Walkathon in aid of ALS Malta. Aftermovie 🎥🏃🏃‍♀️Filming & Editing: Jeremy Briffa

Posted by Sezzjoni Żgħażagħ Madonna Tal-Ġilju on Monday, May 6, 2019