Bar tas-sede tas-Soċjeta’ – Regoli ġodda

COVID-19 New Measures August 2020

Il-Kumitat Amministrattiv tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju jinforma lill-membri u lill-klijenti kollha li jiffrekwentaw il-bar tas-sede tas-Soċjeta’ li ser inkunu qegħdin nerġgħu niftħu taħt l-operaturi ġodda – is-Sinjuri Silvio u Sandra Mizzi, nhar is-Sibt 22 t’Awwissu 2020. Nieħdu l-opportunita’ sabiex nawgurawlhom.

Madanakollu, filwaqt li jinżammu l-miżuri eżistenti ta’ prekawzjoni, ser jidħlu fis-seħħ dawn ir-regoli:

• Kulħadd jilbes il-maskra biex jidħol, u jneħħiha biss meta jpoġġi fuq il-mejda għall-ikel.

• Li tinżamm id-distanza soċjali u mhux jiġu magħquda xi mwejjed.

• Li kulħadd juża l-hand sanitizers qabel ma jidħol u jekk xi ħadd iħossu ma jiflaħx ma jagħmilx użu mill-bottegin u jibqa’ id-dar b’sens ta’ responsabilita’.

• ĦADD ma jista’ joqgħod mal-bar. Ser jiġu servuti biss dawk il-persuni li ser ikunu bilqegħda madwar mejda għall-ikel.

•HIJA RESPONSABILITÀ ta’ kull individwu li jimxi ma’ dawn il-liġijiet.

Nħarsu l-quddiem biex ngħixu din ir-realta’ ġdida waqt din l-imxija u nieħdu ħsieb lil xulxin.

Grazzi tal-koperazzjoni

Il-Kumitat