Posposta – L-Imqabba ALS 5K Run

20200921-ALS-Run-postponed

Dawn l-aħħar xhur konna entużjasti biex niltaqgħu magħkom fiż-żewġ dati li fassalna, madankollu tistgħu tifhmu kif affetwatna s-sitwazzjoni tal-pandemija.

D’dawn l-aħħar ġimgħat rajna żieda sostanzjali fil-każi u għalhekk ħadna d-deċiżjoni li nerġgħu nipposponu l-attività. Din id-deċiżjoni ttieħdet fl-interess tagħkom il-parteċipanti u tat-tim tal-organizzaturi.

Saħħitkom tibqa’ l-ewwel prijorità. Kif tafu, ma nistgħux nikkommettu għal data partikolari f’din is-sitwazzjoni, għalhekk, se nżommukom aġġornati bl-iżviluppi.

Dawk il-parteċipanti li diġà rreġistraw għandhom post ikkonfermat għal meta tiġi deċiża d-data tal-attività u ser tiġu kkuntattjati permezz ta’ email min naħa tagħna. Jekk ma tirċievux l-email fi ftit ġranet, nitolbukom tikkuntattjawna b’messaġġ privat biex ngħaddulkom id-dettalji kollha.

Inħeġġukom sabiex tkomplu ssegwu l-linji gwida maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa. Saħħiet!