Posposta – Mqabba ALS 5k Run

20200921-ALS-Run-postponed

Dawn l-aħħar xhur konna qedgħin nimmonitorjaw is-sitwazzjoni attwali. Kif tista’ tifhem b’mod ċar is-sitwazzjoni globali hija imprevedibbli f’ dan il-mument.

Meta rajna ż-żieda fil-każijiet matul dawn l-aħħar ġimgħat, sfortunatament ħadna d-deċiżjoni li nerġgħu nipposponu dan l-avveniment. Din id-deċiżjoni qed tittieħed biex tissalvagwardja s-sigurtà tal-parteċipanti kollha kif wkoll tat-tim tal-organizzazzjoni.

Dawk li diġà huma rreġistrati għandhom dħul ikkonfermat meta titħabbar id-data l-ġdida u aktar informazzjoni tiġi kkomunikata permezz tal-email. Jekk ma tirċevix l-email tagħna fi ftit ġranet jekk jogħġbok ibgħatilna messaġġ privat biex nirċievu d-dettalji kollha.

Inħeġġukom biex issegwu l-linji gwida kollha maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa tagħna.