2020-10-31 – Halloween bit-tema “The Witches are coming to the Village”

Il-Kummissjoni Nisa fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser torganizza attivita’ b’rabta mad- drawwa tal-Halloween bit tema “The Witches are coming to the Village”. Din l-attivita’, simili tal-famuża “Trick or Treat” ġiet addattata għaċ-ċirkostanzi fejn is-sħaħar ser jinżlu fit-toroq tal-Imqabba jħabbtu l-bibien sabiex jagħmlu żjara b’sorpriża lit-tfal u jagħtuhom borża mimlija ħelu. Jittieħed ukoll ritratt tal-okkażjoni.

Din l-attivita’ ser issir nhar is-Sibt 31 t’Ottubru 2020 fl-4:00pm. Ser jiġu osservati l-miżuri kollha mposti mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Bookings għal donazzjoni ta’ €5.00 jistgħu isiru fuq 99573871.