2020-12-19 – ħelu Tradizzjonali tal-Milied

Fl-okkażjoni tal-Milied 2020, il-Kummissjoni Nisa fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser tkun qegħda tilqa’ l-ordnijiet għal varjeta’ ta’ ħelu tradizzjonali tal-Milied nhar is-Sibt 19 u l-Ħadd 20 ta’ Diċembru 2020.

Ser ikun hemm għall-bejgħ Trifles, Fig Rolls, Coconut Balls, Ginger Bread Man, 3D Cookies, Pasti tal-Lewż Morr, Torti tal-Lewż, Kannoli tal-Irkotta, Biskuttini tal-Lewż u Ċirasa, Minced Pies u Biskuttini tar-Raħal, kollha fuq riċetta bnina u ġenwina. Bookings isiru fuq 99573871 u aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.