Rwoli Kumitat Amministrattiv 2020-2022

Logo Administrative Committee

Il-Kumitat Amministrattiv tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju iħabbar li wara l-elezzjoni għat-terminu 2020 / 2022 li nżammet fi tmiem Settembru 2020, il-karigi u rwoli ġew assenjati. Aqra iktar hawn.

l-Kumitat jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu wara li b’mod unanimu ġew appuntati dawn il-karigi l-ġodda. Bix-xieraq ninnutaw il-bidla li saret fit-tmexxija tas-Soċjetà billi ġie appuntat President ġdid. Dan kien pass importanti u storiku fl-istorja tas-Soċjetà fejn juri d-direzzjoni li qbadna wara r-riformi li qed jiġu mplimentati. Filwaqt li l-kumitat jifraħ u jawgura futur mill-aqwa lis-Sur Joseph Zammit, irridu nuru r-rikonoxximet bla preċedent lis-Sur Teddy Farrugia li serva bħala President għal dawn l-aħħar 35 sena. Is-Sur Farrugia żgur li ser iħalli legat mill-aqwa u dan jixhed il-progress enormi li s-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju rnexxielha twettaq mal-milja taż-żmien.

GRAZZI TEDDY!

Bħala Kumitat dejjem ser nibqgħu inħarsu l-quddiem magħqudin flimkien għal żmien aħjar imżewwaq b’aktar ħidma b’riżq il-Festa tant għażiża tal-Madonna tal-Ġilju u s-Soċjetà li ġġib IsimHa.

Kumitat Amministrattiv