Poster Festa Kuncizzjoni 2020

2020-12-08 – Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-Imqabba

Nhar it-Tlieta 8 ta’ Diċembru 2020 ser tiġi ċċelebrata l-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-Imqabba. Fil-5:30pm jibda’ Rużarju Meditat fil-Knisja Parrokjali tal-Imqabba, segwit minn Quddiesa Kantata Solenni bil-Prietka mill-Kappillan tal-Parroċċa il-W.R. Dun John P. Curmi. Din il-Quddiesa ser tkun bis-sehem tad-diversi fergħat li jikkomponu s-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju. Waqt din iċ-ċelebrazzjoni ser jiġu osservati l-miżuri kollha mposti mill-Awtoritajiet tas-Saħħa u ser tixxandar b’mod dirett fuq Facebook Live.

Il-Vara artistika u Devota tal-Madonna tal-Ġilju ser tkun esposta fiċ-ċentru tal-Knisja Parrokjali għall-qima tad-Devoti. Fl-okkażjoni tal-Festa, l-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju ser taħraq xogħol pirotekniku fit-8:00am, f’12:00pm bil-ħarqa prinċipali tkun fis-07.00pm. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.