Santa Delivers Presents

2020-12-23 – Tqassim ta’ rigali mill-Father Christmas

Is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser torganizza attivitá fejn matulha ser jitqassmu rigali mill-Father Christmas lit-tfal tal-Imqabba. Din l-attivitá ser issir nhar l-Erbgħa 23 ta’ Dicembru 2020 mill-4.00pm l’ quddiem.

Dawk il-ġenituri kollha li huma nteressati għandhom iħallu r-rigal tagħhom flimkien mad-dettalji fil-banka tal-lottu biswit il-każin tas-Soċjetá Mużikali Madonna tal-Ġilju jew iċċemplu fuq 79937681. Donazzjoni hija dik ta’ €5. Aktar dettalji jinkisbu fuq is-sit elettroniku uffiċċjali tas-Soċjetá Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.