Saturday Night Take Out

2020-12-19 – Saturday Night Take Out

Il-Kummissjoni Nisa fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser torganizza attivita bl-isem “Saturday Night Take Out”, nhar is-Sibt 19 ta’ Diċembru 2020. Ser jissajjar varjeta’ t’ikel bnin fosthom ross il-forn, soppa, salads, wraps Cheese u Chicken Burgers, Hot Dogs, Nuggets, Fish Fingers, Platt tat-tiġieġ u Platt Ċiniż u kif ukoll Chips. Bookings fuq 99573871 isiru sa nhar il-Ħamis 17 ta’ Diċembru 2020. Tqassim fid-djar mingħajr ħlas u jingħata flixkun luminata b’xejn ma’ kull €25.00 li tintefaq. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.