75 years Banda Lily Mqabba

9 ta’ Diċembru – L-Ewwel Banda fi ħdan l-ewwel Soċjeta’ Mużikali Mqabbija

Il-ġurnata tad-9 ta’ Diċembru timmarka l-ewwel dehra pubblika tal-ewwel Banda fi ħdan l-ewwel Soċjeta’ Mużikali Mqabbija. Kien propju 75 sena ilu, fl-1945 fejn il-Banda Madonna tal-Ġilju tellgħet programm mużikali mad-dħul tal-Vara tal-Madonna tal-Ġilju lura fil-Knisja fl-okkażjoni tal-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni.

Dan wara li nhar id-29 t’Awwissu 1944, il-Każin Tal-Ġilju ġie uffiċjalment rikonoxxut bħala Każin tal-Banda, u b’hekk twaqqfet uffiċjalment l-ewwel Soċjeta’ Mużikali Imqabbija. Din is-sena anniversarja li ninsabu fiha, kien hemm pjanati attivitajiet u ċelebrazzjonijiet speċjali biex infakkru dan l-avveniment hekk importanti, pero’ minħabba s-sitwazzjoni preżenti, sfortunatament, is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju kellha tikkanċella dan kollu.

Madankollu, xorta bi kburija nħarsu lura lejn is-suċċessi u l-unuri li bis-saħħa ta’ missirijietna din il-Banda rnexxielha tikseb tul is-snin.

Viva l-Ewwel Banda Imqabbija!
Viva l-Banda Madonna tal-Ġilju!