A commemorative activity for the 75th anniversary from the end of World War II 1945 – 2020

Avveniment Specjali tal-75 sena minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija 1945-2020

Għada l-Ġimgħa 8 ta’ Mejju 2020, Malta se tkun qegħda tfakkar avveniment speċjali, dak tal-75 sena minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija 1945-2020. Għal dan l-avveniment, l-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju, flimkien ma’ 26 kamra tan-nar ohra ġewwa pajjiżna, ġiet mistiedna tieħu sehem permezz ta’ ħruq ta’ nar tal-ajru. Dan in-nar, maħdum mill-membri tal-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju, ser jinħaraq mill-Bypass tal-Imqabba fil-ħinijiet ta’ bejn 11:30 u 12:00.