Il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju tas-sena 1998 kienet waħda storika għall-fatt li dik is-sena l-Vara Artistika u Devota tal-Madonna tal-Ġilju nħarġet fuq iz-zuntier, wara l-Ħruġ tagħha min-Niċċa, ġimgħa qabel il-Festa.
Year: 2020
Spettaklu ta’ Nar tal-Art Mekkanizzat – Festa tal-Madonna tal-Ġilju 1994
Wara l-ispettaklu tan-nar tal-ajru lejlet il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 1994, kien imiss spettaklu ieħor ta’ logħob tan-nar tal-art oriġinali u mekkanizzat tul Triq Karmenu Ciantar. Din kienet it-tielet sena li dan l-ispettaklu ma baqax jingħata mill-Pjazza ta’ quddiem il-Każin, fejn kien ilu jsir għal ħafna u ħafna snin. F’dan il-filmat, wieħed jista’ japprezza l-ammont ta’ rdieden mekanizzati li jaħdmu permezz ta’ fintuna u gassijiet ta’ bosta kuluri.
Marċ tal-Ġimgħa – Festa tal-Madonna tal-Ġilju, L-Imqabba 1992
Il-Festa tal-1992 kienet l-aħħar waħda fejn inħarqu s-sfafar mill-idejn waqt il-marċi brijużi. Hawnhekk, qegħdin naraw il-Marċ tal-Ġimgħa fejn numri ta’ partitarji jidhru jieħdu sehem waqt il-briju billi jaħarqu diversi tipi ta’ sfafar li sa dak iż-żien kienet drawwa antika.
Inawgurazzjoni tal-istatwi ta’ Sant’ Anna u San Ġwakkin – 1992
Fil-bidu tas-snin 90 tas-seklu l-ieħor, l-Għaqda tal-Armar Madonna tal-Ġilju tat bidu għall-proġett estensiv t’armar ġdid għall-Pjazza tal-Knisja. Fil-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 1992, ġew imżanżna żewġ statwi li jirraffiguraw lil Sant’Anna u San Ġwakkin, il-ġenituri tal-Madonna. Dawn saru mill-istatwarju Għawdxi Pawlu Aquilina u ġew ġentilment imħallsa minn Elbros Construction Limited u s-Sur Martin Gaffarena rispettivament.
Avveniment Specjali tal-75 sena minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija 1945-2020
Għada l-Ġimgħa 8 ta’ Mejju 2020, Malta se tkun qegħda tfakkar avveniment speċjali, dak tal-75 sena minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija 1945-2020. Għal dan l-avveniment, l-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju, flimkien ma’ 26 kamra tan-nar ohra ġewwa pajjiżna, ġiet mistiedna tieħu sehem permezz ta’ ħruq ta’ nar tal-ajru. Dan in-nar, maħdum mill-membri tal-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju, ser jinħaraq mill-Bypass tal-Imqabba fil-ħinijiet ta’ bejn 11:30 u 12:00.
Ċerimonja 50 sena mit-twaqqif tal-Banda Madonna tal-Ġilju
L-ewwel jum tal-Festa Ċinkwantinarja tal-1995, li matulha tfakkar il-Ġublew tad-Deheb mit-twaqqif tal-ewwel Banda Imqabbija, bil-Ħruġ min-Niċċa tal-Vara tal-Madonna tal-Ġilju
Imnikkta bit-telfa taż-żgħażugħ Lynden Fenech
Is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tinsab imnikkta bit-telfa taż-żgħażugħ Lynden Fenech li mar jiltaqa’ mal-Mulej nhar it-Tlieta 5 ta’ Mejju 2020 fl-eta’ t’20 sena. Fi tfulitu, Lynden kien membru fil-Lily Juniors u kien jieħu sehem fid-diversi attivitajiet organizzati mis-Soċjeta’.
Quddiesa u Rużarju fuq TalGiljuFM
Minhabba is-sitwazzjoni preżenti tal-‘Cornona Virus’, tista tisma il-quddies u r-Rużarju min fuq TalGiljuFM. Ikklikkja hawn biex tisma’. 08:00AM Holy Father’s Prayer Talba tal-Papa 08:05AM Lord’sView More
TalGilju.com b’dehra ġdida
Il-Kummissjoni Media fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju għada kif nediet websajt b’dehra ġdida u moderna. Dawn l-aħħar xhur kien qed issir ġbir ta’ informazzjoniView More