2021-02-13 – Saturday Night Out

Il-Kummissjoni Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser torganizza attivita bl-isem “Saturday Night Take Out”, nhar is-Sibt 13 ta’ Frar 2021. Ser jissajjar varjeta’ t’ikel bnin fosthom Egg Fried Rice, Beef Noodles, Burgers biċ-chips, wraps, hot dogs, nuggets, tiġieġ, ribs, platt Ċiniż, trifles u ħelu ieħor.

Bookings fuq 99573871 isiru sa nhar il-Ħamis 11 ta’ Frar 2021. Tqassim fid-djar mingħajr ħlas u jingħata flixkun luminata b’xejn ma’ kull €25.00 li tintefaq. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.