2021-02-14 – Kompetizzjoni tal-Karnival Virtwali

Il-Kummissjoni Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser torganizza Kompetizzjoni tal-isbaħ kostum tal-Karnival għat-tfal, b’mod virtwali. Il-parteċipanti għandhom jibgħatu video ta’ mhux aktar minn minuta waqt li jgħidu “Viva Viva l-Karnival” u kif ukoll ritratt.

Ser jingħataw tliet premjijiet skont il-ġudizzju tal-ġurija, opinjoni pubblika u l-aktar kostum oriġinali. Sottomissjonijiet, mingħajr ħlas, għandhom isiru sa mhux aktar tard mill-Ħadd 14 ta’ Frar 2021 u r-riżultati jiġu ppubblikati it-Tlieta 16 ta’ Frar 2021. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq 99573871 jew is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.

Din l-attivita’ hija sponsorjata mis-Sindku tal-Imqabba s-Sur Omar Farrugia u l-Kunsillier is-Sur Jonathan Dingli.