2021-02-11 – Bejgħ ta’ Prinjolati għal żmien il-Karnival

Is-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser torganizza bejgħ ta’ Prinjolati għal żmien il-Karnival 2021.

Ser ikun hemm għażla ta’ żewġ daqsijiet:

  • 500 gramm għall-prezz ta’ €6.50 u
  • 1000 gramma għall-prezz ta’ €12.00-il waħda.

Ordnijiet jistgħu isiru sa mhux aktar tard min-nhar il-Ħamis 11 ta’ Frar 2021 billi tikkuntattjawna fuq 79642229. Tqassim mingħajr ħlas. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.