2021 Riżultati Uffiċjali tal-Kompetizzjoni Virtwali tal-Karnival

Il-Kummissjoni Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba, bi pjaċir tħabbar ir-riżultati uffiċjali tal-Kompetizzjoni Virtwali tal-Karnival li tellgħet fil-jiem li għaddew. Ir-rebbieħa huma hekk kif ġej:-

Kategorija għall-isbaħ kostum:- SAMUEL LOUIE CAMILLERI

Kategorija għall-aktar kostum oriġinali:- NICK SALIBA

Kategorija tal-opinjoni pubblika:- FAITH PANTALLERESCO

Nieħdu l-opportunita’ sabiex nirringrazzjaw lill-ġenituri tal-paċenzja li ħadu biex setgħet tittella’ din l-attivita’ nnovattiva. B’sodisfazzjon ukoll ninnotaw li l-votazzjoni onlajn kellha konkorrenza kbira.

Grazzi mill-ġdid lil kulħadd tas-sapport!