Is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju ser tniedi sensiela ta’ posts fuq il-midja soċjali matul dan iż-żmien tal-Ġimgħa Imqaddsa. L-ewwel filmat, propju ħareġ illum fil-ġurnata ddedikata lill-Madonna tad-Duluri. Dan il-filmat jikkonsisti f’qari ta’ Kurunella lill-Madonna tad-Duluri miktuba minn Patri Feliċ Sammut. Din il-kurunella moqrija minn żewġt itfal twassalna biex nirreflettu fuq dak li għaddiet minnu l-Madonna matul ħajjitHA speċjalment fl-aħħar siegħat li wasslu għall-agunija u l-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.