Is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tinsab imnikkta bit-telfa ta’ Dolores Farrugia, li marret tiltaqa’ mal-Mulej, illum it-Tlieta 27 t’April 2021. Dolores kienet devota kbira tal-Madonna tal-Ġilju u għal diversi snin tul id-disgħinijiet kienet parti mill-Kummissjoni Nisa Madonna tal-Ġilju.

Il-Kumitat jirringrazzja lil Dolores tal-ħidma li wettqet tul ħajjitha b’riżq il-Festa u s-Soċjeta’, filwaqt li jestendi l-kondoljanzi sinċieri lill-familjari tagħha.

Il-funeral ser isir għada l-Erbgħa 28 t’April 2021 fit-3:30pm fil-Knisja Parrokjali tal-Imqabba.

Agħtiha O Mulej il-Mistrieħ ta’ Dejjem.