Id-Depożizzjoni ta’ Ġesù mis-Salib issir wara ċ-ċelebrazzjoni liturġika u fiha għall-istedina taċ-ċelebrant jitilgħu żewġt’ irġiel u ritwalment jaqilgħu l-imsiemer u jneżżgħu il-Kurċifiss mill-kuruna tax-xewk u l-imsiemer waqt li juruhom lill-ġemgħa għall-qima waqt li jsir talb u kant tal-Lamentazzjonijiet. Hekk kif jitniżżel, il-Ġisem mejjet ta’ Ġesù jitqiegħed fuq mitraħ mħejji apposta u ssir il-proċessjoni lejn is-Sepulkru. In-nisa jħejju l-Ġisem ta’ Ġesù bil-fwejjaħ u l-fjuri hekk kif jitqigħed fis-Sepulkru.