Il-Kummissjoni Banda fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba, b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ, nidiet programm ta’ taħriġ mużikali fis-swali tas-Sede tal-istess Soċjetà, bil-possibiltà li jiġi aċċessat permezz ta’ parteċipazzjoni virtwali. Dan jikkonsisti f’kors introduttorju u teoretiku tal-mużika, kors introduttorju u prattiku tal-perkussjoni, tagħlim minn esperti ta’ strumenti mużikali, u taħriġ mużikali għal kunċert virtwali f’Settembru. Kulħadd huwa mħeġġeġ jipparteċipa, b’mod speċjali t-tfal u ż-żgħażagħ! Aktar tagħrif jista’ jinkiseb billi jiġu avviċinati l-membri tal-Kummissjoni Banda, jew permezz ta’ email fuq [email protected].