Il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser jorganizza s-Seduta Ġenerali Annwali, nhar il-Ħadd 8 t’Awwissu 2021 fl-10:30am fil-Multipurpose Hall tal-Każin tal-istess Soċjeta’ fil-Pjazza tal-Imqabba. . Is-Seduta ser tkun tikkonsisti minn rapporti amministrattivi u finanzjarji mħejjija mid-diversi fergħat tas-Soċjeta’. Ser ikun hemm ukoll hin allokat għal diskussjoni kif ukoll il-proġetti varji li s-Soċjeta’ qegħda tagħmel fil-preżent, fosthom ir-rikostruzzjoni tal-Każin. Is-Soċji huma mħeġġa jattendu bi ħġarhom għal din il-laqgħa hekk importanti u jagħtu l-veduti tagħhom dwar dak kollu diskuss. Waqt din l-attivita’ ser jiġu osservati l-miżuri maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.