Is-Seduta Ġenerali Annwali tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba, li nżammet nhar il-Ħadd 8 t’Awwissu 2021 fis-Sede tas-Soċjeta’, approvat b’mod unanimu l-ħatra ta’ karigi onorarji ġodda fi ħdan l-istess Soċjeta’, imressqa quddiem is-Soċji mill-Kumitat Amministrattiv:-

Presidenti Onorarji
Is-Sur Benny Briffa
Is-Sur Joseph Zammit

Membri Onorarji
Is-Sur Charles Azzopardi
Is-Sinjuri Charles u Ġilju Sacco
Is-Sinjura Maria Muscat
Is-Sinjura Julia Debono
Is-Sinjorina Karmena Mifsud

Bandist Onorarju
Is-Sur Jimmy Tanti

Nieħdu l-opportunita’ sabiex nirringrazzjaw lil dawn l-individwi tal-kontribut tagħhom tul dawn is-snin kollha u nawgurawlhom aktar għomor u ħidma sfieqa b’riżq il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju u s-Soċjeta’ li ġġib IsimHa.