Logo Social Committee

Il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju jinforma li għadhom kemm ġew imnedija l-applikazzjonijiet sabiex jiġi mwaqqaf il-Kumitat Soċjali għas-sena amministrattiva li jmiss 2021/2022. Ta’ min jgħid li l-Kumitat Soċjali, qabel kienet magħrufa bħala “Kummissjoni Nisa”, li issa ġie riformat, imsaħħaħ u miftuħ għal kulħadd. L-applikazzjonijet ġew imqassama lis-Soċji kollha u dawk interessati għandhom jimlewha bid-dettalji u jagħdduha lis-Segretarju s-Sur Julian Falzon sa mhux aktar tard min nhar il-Ħadd 8 t’Awwissu 2021. Inħeġġu sabiex aktar nies ġodda jingħaqdu magħna f’dan il-kumitat tant attiv u jagħtu ftit mill-ħin tagħhom b’riżq il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju u s-Soċjeta’ li ġġib IsimHa.

Niżżel l-applikazzjoni u Regolamenti.