Is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju qiegħda torganizza ikla bit-tema ta’ Oktoberfest nhar is-Sibt 2 ta’ Ottubru 2021, ġewwa l-Każin tal-Ġilju. Tistgħu tibbukjaw fuq 9981 6863 jew onlajn.

Il-menu ser ikun jikkonsisti minn:

  • Pretzel u Bavarian Würstel (L-Ewwel Platt)
  • Pork Schnitzel jew Roast Chicken (It-Tieni Platt)
  • Deżerta

Ser jingħata flixkun birra b’xejn lil kull min jattendi.

Donazzjoni għal din l-attività ser tkun ta’ €12 għal tfal taħt it-12 -il sena, u dik ta’ €18 għall-kbar.

Ser inkunu qegħdin noffru is-servizz ta’ ‘delivery’ għal din l-attività bejn is-6pm u is-7:30pm.

Din l-attività se tkun konformi mar-regolamenti u l-protokolli maħruġa u aġġornati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika, li jinkludu :

  • Obbligu li jintwera ċ-ċertifikat tal-vaċċin sabiex tattendi għal din l-attività.
  • L-ilbies tal-maskli waqt l-attività kollha, ħlief meta wieħed ikun bilqiegħda madwar il-mejda.
  • L-użu tas-‘sanitizers’ provduti.
  • Tittieħed it-temperatura mill-membri tagħna, li trid tkun anqas minn 37.2 grad.
  • Kull min jattendi se jintalab jagħti dettalji għall-contact tracing.

Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom u nittamaw li narawkom għal din l-attività!