BAZAAR TAL-MILIED MILL-KUMMISSJONI SOĊJALI MADONNA TAL-ĠILJU - L-IMQABBA

Il-Kummissjoni Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser ittellgħa Bazaar fl-okkażjoni tal-Festi tal-Milied, nhar is-Sibt 11 u l-Ħadd 12 ta’ Diċembru 2021, fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba quddiem il-Każin tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju. Waqt dan il-Bazaar ser ikun hemm għażla vasta ta’ oġġetti għal bejgħ fosthom pjanti, rigali u ħelu tal-Milied, kollox bi prezz moderat. Il-Bazaar ikun miftuħ mis-7:00am il-quddiem.

Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċċjali tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.