Dan il-filmat iwasslilna x-xogħol pirotekniku estensiv li nħadem għall-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 1992. Ħafna huma tal-fehma li din is-sena kienet waħda mill-aktar mgħobbija fejn jidħol Il-logħob tan-nar.
Author: Admin WebMaster
Title Marċ tal-Ġimgħa tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 1998
Fil-filmat tal-lum qegħdin nuru parti mill-Marċ tal-Ġimgħa tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 1998. Dan kien bis-sehem ta’ Massed Band iffurmata mill-Banda Madonna tal-Ġilju u l-Banda Awstrijaka mistiedna ta’ dik is-sena minn Schildorn.
Għaqda Armar 2006
Ġilju jagħtu spjegazzjoni dettaljata dwar ix-xogħol tal-Armar li sar fl-okkażjoni tal-festa tl-Madonna tal-Ġilju 2006.
Rock Mass nhar l-20 ta’ Mejju 2011
Fl-okkazjoni tas-Sena Ċentinarja mit-twaqqif tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba, is-Soċjeta’ b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Djoċeżana Żgħażagħ organizzat Rock Mass nhar l-20 ta’ Mejju 2011.
Bands & Corals 4 Europe
Nhar is-Sibt 9 tà Mejju 2020, ġie mfakkar Jum l-Ewropa. Għal din l-okkażjoni, l-Unjoni Ewropeja xandret recording tas-silta “Ode to Joy” tal-Kompożitur klassiku Ludwig VanView More
Voyage 400 – Festa 1998
Kunċert innovattiv bit-tema “Voyage 400” ittellgħa lejlet il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 1998. Is-suġġett kien jirrelata mal-anniversarju tal-400 sena mit-twaqqif tal-Imqabba bħala Parroċċa awtonoma li ġie mfakkar matul dik is-sena.
Sekli ta’ Ħidma
Kontribuzzjoni mill-istoriku Imqabbi u Arkivista Nazzjonali Dr Charles Farrugia li dehret fil-ktieb tal-Festa Ċentinarja 2011, fejn ġie mfakkar l-ewwel mitt sena mit-twaqqif taċ-Circolo Pio X, illum Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju.
Tqassim ta’ maskli b’xejn
Is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju tixtieq tinforma li se tkun qed tqassam maskli b’xejn li jistgħu jinħaslu u jerġgħu jiġu użati, lil nies anzjani u vulnerabbli fuq ordni limitata. Ser tiġi mqassma waħda biss fid-dar skont l-ordni li jkollna.
Ħruġ tal-Vara tal-Madonna tal-Ġilju fuq iz-Zuntier – Festa 1998
Il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju tas-sena 1998 kienet waħda storika għall-fatt li dik is-sena l-Vara Artistika u Devota tal-Madonna tal-Ġilju nħarġet fuq iz-zuntier, wara l-Ħruġ tagħha min-Niċċa, ġimgħa qabel il-Festa.
Spettaklu ta’ Nar tal-Art Mekkanizzat – Festa tal-Madonna tal-Ġilju 1994
Wara l-ispettaklu tan-nar tal-ajru lejlet il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 1994, kien imiss spettaklu ieħor ta’ logħob tan-nar tal-art oriġinali u mekkanizzat tul Triq Karmenu Ciantar. Din kienet it-tielet sena li dan l-ispettaklu ma baqax jingħata mill-Pjazza ta’ quddiem il-Każin, fejn kien ilu jsir għal ħafna u ħafna snin. F’dan il-filmat, wieħed jista’ japprezza l-ammont ta’ rdieden mekanizzati li jaħdmu permezz ta’ fintuna u gassijiet ta’ bosta kuluri.