Kontribuzzjoni mill-istoriku Imqabbi u Arkivista Nazzjonali Dr Charles Farrugia li dehret fil-ktieb tal-Festa Ċentinarja 2011, fejn ġie mfakkar l-ewwel mitt sena mit-twaqqif taċ-Circolo Pio X, illum Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju.
Category: Harsa lejn il-Passat
Ħruġ tal-Vara tal-Madonna tal-Ġilju fuq iz-Zuntier – Festa 1998
Il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju tas-sena 1998 kienet waħda storika għall-fatt li dik is-sena l-Vara Artistika u Devota tal-Madonna tal-Ġilju nħarġet fuq iz-zuntier, wara l-Ħruġ tagħha min-Niċċa, ġimgħa qabel il-Festa.
Spettaklu ta’ Nar tal-Art Mekkanizzat – Festa tal-Madonna tal-Ġilju 1994
Wara l-ispettaklu tan-nar tal-ajru lejlet il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 1994, kien imiss spettaklu ieħor ta’ logħob tan-nar tal-art oriġinali u mekkanizzat tul Triq Karmenu Ciantar. Din kienet it-tielet sena li dan l-ispettaklu ma baqax jingħata mill-Pjazza ta’ quddiem il-Każin, fejn kien ilu jsir għal ħafna u ħafna snin. F’dan il-filmat, wieħed jista’ japprezza l-ammont ta’ rdieden mekanizzati li jaħdmu permezz ta’ fintuna u gassijiet ta’ bosta kuluri.
Marċ tal-Ġimgħa – Festa tal-Madonna tal-Ġilju, L-Imqabba 1992
Il-Festa tal-1992 kienet l-aħħar waħda fejn inħarqu s-sfafar mill-idejn waqt il-marċi brijużi. Hawnhekk, qegħdin naraw il-Marċ tal-Ġimgħa fejn numri ta’ partitarji jidhru jieħdu sehem waqt il-briju billi jaħarqu diversi tipi ta’ sfafar li sa dak iż-żien kienet drawwa antika.
Inawgurazzjoni tal-istatwi ta’ Sant’ Anna u San Ġwakkin – 1992
Fil-bidu tas-snin 90 tas-seklu l-ieħor, l-Għaqda tal-Armar Madonna tal-Ġilju tat bidu għall-proġett estensiv t’armar ġdid għall-Pjazza tal-Knisja. Fil-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 1992, ġew imżanżna żewġ statwi li jirraffiguraw lil Sant’Anna u San Ġwakkin, il-ġenituri tal-Madonna. Dawn saru mill-istatwarju Għawdxi Pawlu Aquilina u ġew ġentilment imħallsa minn Elbros Construction Limited u s-Sur Martin Gaffarena rispettivament.