Loading...
Dħul2021-03-23T20:14:06+01:00
Mr Joseph Zammit - President

MESSAĠĠ MILL-PRESIDENT IL-ĠDID

Wara n-numru estensiv ta’ messaġġi li sebquni f’dawn l-aħħar jiem, b’umiltà nixtieq ngħid GRAZZI mill-qalb tal-awguri u l-kuraġġ tagħkom: Il-membri ta’ kumitati u kummissjonijiet, is- soċji u l-partitarji ħabrieka, id-dilettanti u l-ħbieb tal-qalb.

Kien propju bl-istess sens ta’ umiltà li aċċettajt il-kariga tant prestiġjuża ta’ president tas- Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba, bil-wisq aktar meta ninsab fid-dell tal- president u għalliem, gwida u ħabib tiegħi Teddy Farrugia. L-ebda kliem ma jista’ jispjega l- apprezzament grat lejh tal-karriera kolossali tiegħu fl-istorja tas-Soċjetà, imma nibda u nispiċċa bil-kelma GRAZZI ta’ aktar minn tliet deċennji ta’ presidenza straordinarja imżewqa b’suċċessi suċċessivi.

Ma kont qatt nimmaġina li xi darba għad inkun qed nikteb dan il-messaġġ, imma hawn jien, lest biex naqdi dmiri mill-aħjar li nista’ għall-ġid tas-Soċjetà. Iva, dan huwa żmien diffiċli għal kulħadd, bil-wisq aktar għalina l-membri fi ħdan organizzazzjonijiet volontarji u dilettanti tal- festi Maltin. Huwa żmien li nieqfu u naħsbu, nirriflettu u niddeċiedu. Imma fil-fond ta’ qalbi nemmen ukoll li, fi żmien qasir, l-isfidi lkoll għad ngħelbu u, iva, NIRNEXXU.

Nagħlaq billi ngħid GRAZZI tal-fiduċja u awguri lill-sħabi membri tal-Kumitat Amministrattiv preżenti, hekk kif ninsabu nxammru l-kmiem, lesti biex naħdmu id f’id fil-kitba ta’ paġna ġdida tal-istorja tas-Soċjetà tant għażiża għalina. Fl-aħħar imma żgur mhux l-inqas, l-aktar GRAZZI mistħoqqa tmur lejn il-Madonna li tħarisna f’kull ħin u f’kull mument, DEJJEM – Viva l- Madonna tal-Ġilju!

MIN AĦNA

TALĠILJU ATTIVITAJIET

TALĠILJU AĦBARIJIET

AQRA L-AĦBARIJIET KOLLHA

ĠILJU STORE

Il-Kumitat Amministrattiv nieda sistema ġdida ta ’ġbir ta’ fondi li se tkun aktar faċli u effettiva. Dan l-aħħar kien hemm żieda kbira fl-użu tat-teknoloġija u għalhekk qegħdin naħtfu l-opportunità biex nagħmlu pass ‘il quddiem u nibdew sistema ta’ ġbir ta ’fondi billi nużaw il-websajt uffiċjali tas-Soċjetà. Dan ifisser li mhux se nħabbtu fuq il-bibien u kull ma għandek tagħmel hu li tagħti donazzjoni online. Irċevuta elettronika tingħata għal kull donazzjoni riċevuta.
Grazzi bil-quddiem tal-ġenerożità u l-appoġġ tiegħek.

Go to Top