Il-Kumitat Amministrattiv, kompost minn membri b’karigi nominati, huwa responsabbli mill-amministrazzjoni tal-operat ġenerali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju u tas-Sede tagħha minn ġurnata għal oħra, b’obbligu li jiltaqa’ darba fil-ġimgħa għal rendikont u diskussjoni. Dan jikkonsisti minn disa’ membri marbuta b’terminu minimu ta’ sentejn. Il-President, is-Segretarju u l-Kaxxier jiffurmaw l-Eżekuttiv, id-Direttur tal-Każin u l-Uffiċċjal fuq Relazzjonijiet Pubbliċi huma karigi perpetwi filwaqt li l-erba’ karigi l-oħra jinħatru skont l-eżiġenza ta’ Viċi-Kapijiet, Managers jew Uffiċċjali.

Il-Bord Amministrattiv, kompost mill-Kumitat Amministrattiv u l-mexxejja tas-Sezzjonijiet, Sotto Kumitati, Kummissjonijiet jew Għaqdiet maġġuri li joperaw fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, huwa responsabbli mill-amministrazzjoni tal-ħidma ġenerali għall-festa, b’obbligu li jiltaqa’ darba fix-xahar għal rendikont u diskussjoni.