MIN AĦNA
Messaġġ mill-President il-ġdid is-Sur Joseph Zammit

Wara n-numru estensiv ta’ messaġġi li sebquni f’dawn l-aħħar jiem, b’umiltà nixtieq ngħid GRAZZI mill-qalb tal-awguri u l-kuraġġ tagħkom: Il-membri ta’ kumitati u kummissjonijiet, is- soċji u l-partitarji ħabrieka, id-dilettanti u l-ħbieb tal-qalb.
Kien propju bl-istess sens ta’ umiltà li aċċettajt il-kariga tant prestiġjuża ta’ president tas- Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba, bil-wisq aktar meta ninsab fid-dell tal- president u għalliem, gwida u ħabib tiegħi Teddy Farrugia. L-ebda kliem ma jista’ jispjega l- apprezzament grat lejh tal-karriera kolossali tiegħu fl-istorja tas-Soċjetà, imma nibda u nispiċċa bil-kelma GRAZZI ta’ aktar minn tliet deċennji ta’ presidenza straordinarja imżewqa b’suċċessi suċċessivi.
Ma kont qatt nimmaġina li xi darba għad inkun qed nikteb dan il-messaġġ, imma hawn jien, lest biex naqdi dmiri mill-aħjar li nista’ għall-ġid tas-Soċjetà. Iva, dan huwa żmien diffiċli għal kulħadd, bil-wisq aktar għalina l-membri fi ħdan organizzazzjonijiet volontarji u dilettanti tal- festi Maltin. Huwa żmien li nieqfu u naħsbu, nirriflettu u niddeċiedu. Imma fil-fond ta’ qalbi nemmen ukoll li, fi żmien qasir, l-isfidi lkoll għad ngħelbu u, iva, NIRNEXXU.
Nagħlaq billi ngħid GRAZZI tal-fiduċja u awguri lill-sħabi membri tal-Kumitat Amministrattiv preżenti, hekk kif ninsabu nxammru l-kmiem, lesti biex naħdmu id f’id fil-kitba ta’ paġna ġdida tal-istorja tas-Soċjetà tant għażiża għalina. Fl-aħħar imma żgur mhux l-inqas, l-aktar GRAZZI mistħoqqa tmur lejn il-Madonna li tħarisna f’kull ħin u f’kull mument, DEJJEM – Viva l- Madonna tal-Ġilju!

Li taħdem u tistinka sabiex tgħolli u jkabbar isem din is-Soċjetà u l-Festa tal-Madonna tal-Ġilju, patruna ta’ din is-Soċjetà u li żżomm id-drittijiet kollha kemm qodma u kemm ġodda, li jirrigwardaw il-Każin inġenerali, inkluż il-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni ġewwa l-knisja tal-Imqabba.

Biex tipprovdi rikrejazzjoni lill-membri, billi tipprovdi kwalunkwe ħaġa li kemm jista’ jkun is-Soċjetà jkollha fejn tgħaddi rikrejazzjoni onesta. Dan jikkomprendi l-istudju u l-prattika tal-Mużika, l-arti piroteknika, ix-xogħol fl-armar u attivitajiet sportivi u kulturali.

Li ġġib ħbiberija u armonija bejn l-imsieħba tas-Soċjetà.
TALĠILJU ATTIVITAJIET

2021-03-13 – Wine & Platter Night Take Out
aqra iktar ...

2021-03-21 – Bejgħ ta’ figolli u figollini
aqra iktar ...
TALĠILJU AĦBARIJIET

2021 Riżultati Uffiċjali tal-Kompetizzjoni Virtwali tal-Karnival
aqra iktar ...

2021 Ras ir-Randan
aqra iktar ...

2021 Tiġdid tal-Menswalita’
aqra iktar ...

2021 Kalendarju Kommemorattiv
aqra iktar ...
AGĦMEL KUNTATT
Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju
Palazz il-Ġilju
Pjażża tal-Knisja
L-Imqabba
Malta
Email: info[@]talgilju.com
Mobile: +356 7740 6720