Inawgurazzjoni tal-istatwi ta’ Sant’ Anna u San Ġwakkin – 1992
Fil-bidu tas-snin 90 tas-seklu l-ieħor, l-Għaqda tal-Armar Madonna tal-Ġilju tat bidu għall-proġett estensiv t’armar ġdid għall-Pjazza tal-Knisja. Fil-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 1992, ġew imżanżna żewġ statwi li jirraffiguraw lil Sant’Anna u San Ġwakkin, il-ġenituri tal-Madonna. Dawn saru mill-istatwarju Għawdxi Pawlu Aquilina u ġew ġentilment imħallsa minn Elbros Construction Limited u s-Sur Martin Gaffarena rispettivament.