Inauguration of the Statues of St. Anne and St. Joachim - 1992

Fil-bidu tas-snin 90 tas-seklu l-ieħor, l-Għaqda tal-Armar Madonna tal-Ġilju tat bidu għall-proġett estensiv t’armar ġdid għall-Pjazza tal-Knisja. Fil-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 1992, ġew imżanżna żewġ statwi li jirraffiguraw lil Sant’Anna u San Ġwakkin, il-ġenituri tal-Madonna. Dawn saru mill-istatwarju Għawdxi Pawlu Aquilina.

Dawn iż-żewġ statwi jintramaw mad-dawra taz-zuntier tal-Knisja Parrokjali fuq barra. Fis-snin segwenti, nħadmilhom pedestall li eventwalment inbidel għal wieħed akbar sabiex jikkumplimenta aktar il-proporzjon tal-istatwi.


Inauguration of the Statues of St. Anne and St. Joachim - 1992