2021-12-05 - Radju komunitarju fl-okkażjoni tal-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni

It-Tim Midja fi ħdan is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser ikun qed iniedi skeda numru 26 tal-istazzjon tar-Radju Komunitarju Tal-Ġilju FM li jxandar fuq frekwenza 95.4 fuq l-FM. Din l-Iskeda se tibdal-Ħadd 5 ta’ Diċembru u tkompli sal-Erbgħa 8 ta’ Diċembru, Jum il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-Imqabba. L-iskeda ser tinkludi varjeta’ ta’ programmi għall-gosti ta’ kulħadd. Waqt ix-xandir ta’ din l-iskeda ser jiġu organizzati diversi attivitajiet u inizjattivi, fosthom: Maratona ta’ xandir u ġbir ta’ fondi. Ser jiġu mxandra wkoll iċ-ċelebrazzjonijiet Reliġjużi mill-Knisja Parrokjali tal-Imqabba b’rabta mal-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni.

Segwuna fuq 95.4FM. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku jew permezz tal-live streaming fuq radio.talgilju.com.