The Society sadly announces the demise of Paul (Pawlu) Briffa known as ‘ Tal-Lampa’

Is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju b’sogħba kbira tħabbar il-mewt ta’ Paul (Pawlu) Briffa magħruf bħala ‘Tal-Lampa ‘, li mar jiltaqa’ mal-Mulej, is-Sibt 3 ta’ Lulju 2021. Pawlu kien dilettant kbir tal-logħob tan-nar u ħadem il-murtali għall-Festa tal-Madonna tal-Ġilju matul ħajtu kollha. Is-Soċjetà tixtieq tagħti l-kondoljanzi sinċieri tagħha lill-familja kollha tiegħu f’dan il-mument diffiċli. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Funeral ta’ Paul (Pawlu) Briffa l-Lampa sar t-Tnejn 5 ta’ Lulju 2021 fit-3.30pm fil-knisja parrokkjali tal-Imqabba. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.