2021-10-Holy-Rosary-ByPass

Fl-okkażjoni tax-xahar iddedikat lir-Rużarju Mqaddes, is-Sezzjoni Soċjali fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba qiegħda torganizza t-talba tar-Rużarju kuljum quddiem il-monument tal-Madonna tal-Ġilju, li jinsab fil-ġnien li jġib l-istess isem, biswit il-bypass, mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-19:00 tul ix-xahar ta’ Ottubru 2021. Id-devoti kollha tal-Madonna huma mħeġġa li jattendu.